Maurice Arrigo ta’ 45 sena minn San Ġiljan intbagħat sitt xhur ħabs wara li inqabad jisraq minn diversi ħwienet.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Arrigo wieġeb ħati li fl-10 ta’ Jannar seraq tliet iflixken tax-xorb minn żewġ supermarkets, wieħed fil-Fgura u ieħor f’Ħaż-Żabbar.
Arrigo nstab ħati ukoll li nhar il-Ġimgħa reġa’ seraq mill-istess supermarkets u eventwalment ġie arrest. L-akkużati wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti rrkoomandat li l-akkużati jingħata għajnuna professjonali minnufih sabiex jegħleb il-problema tad-droga.