Żewġ immigrant weħlu sitt xhur ħabs effettivi wara li nqabdu mill-Pulizija tal-Port lesti biex jaħarbu lejn l-Italja.
L-Ispettur Lara Butters mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni spjegat li ż-żewġ irġiel ġew arrestati wara li nstabu mistoħbija ġewwa container ta’ kumpanija lokali li kien tiela’ fuq il-vapur Tirrenia lejn l-Italja.
Waqt seduta oħra immigrant Sudaniż weħel sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li wkoll ammetta li pprova jaħrab minn Malta b’titjira lejn Turin b’passaport falz.