Albert Mici ta’ 20 sena mill-Albanija ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ammetta li lbieraħ ipprova jagħmel użu minn karta tal-identità ta’ ħaddieħor, u li għamel dikjarazzjoni falza mal-Pulizija.
Fil-Qorti nstema’ kif l-imputat inqabad b’karta tal-identità ta’ ħaddieħor meta kien qiegħed jipprova jsiefer lejn l-Iskozja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-Difiża sostniet li l-imputat ikkopera mal-Pulizija.
Meta l-Qorti kkundannatu għas-sentenza ta’ priġunerija, l-Albaniż infaqa’ jibki fl-awla.