Eliman Seck, immigrant mill-Gambja ta’ 33 sena li ilu jgħix Malta kważi għaxar snin, ingħata s-sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li għat-tieni darba pprova jsiefer lejn l-Italja b’dokumenti foloz.
Dan biex jitlob il-protezzjoni umanitarja li diġà talab f’Malta u ma ngħatatlux.
Kif jiskonta s-sentenza, se jintbagħat lura l-Gambja.