Salem Uma Doumbia ta’ 19-il sena mill-Kosta tal-Ivorju u li joqgħod San Pawl il-Baħar intbagħat sitt xhur ħabs wara li prova jaħrab mill-kustodja tal-pulizija.
Huwa kien qed jiġi eskortat lejn id-depot tal-pulizija fil-Floriana wara li allegatament instabet fuqu d-droga.
Il-każ seħħ meta kif waslu fid-daħla tad-depot, iż-żagħżugħ ta s-salt u ħarab. Sussegwentament huwa instab moħbi fil-qrib.