Raġel ta’ 26 sena weħel 6 xhur ħabs u multa ta’ €150 wara li ammetta li kien fis-sakra fil-pubbliku qal kliem oxxen u li qeda l-bżonnijiet tiegħu barra t-triq.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija f’ħanut tal-kebabs f’Ħal Qormi. Hanwekk Mohamen Rajab Ali Alsagheer ppretenda li jidħol jiekol b’xejn iżda malli l-impjegati waqfulu neża l-qalziet u qabad jgħajjarhom.
L-avukat tal-għajnuna legali Fransina Abela qalet li r-raġel ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 4 snin u spjegat li m’għandux indirizz fiss fejn jgħix u kawża t’hekk spiċċa dieħel u ħiereġ l-ħabs.
Il-prosekuzzjoi mmexxjia mill-ispettur Kylie Borg qalet li l-imputat ikkopera mal-Pulizija u ssuġerixxiet li r-raġel gġandu jinagħta l-kura minħabba l-problema li gġandu relatata mal-konsum eċessiv tal-alkoħol.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, sabet lill-akkużat ħati u kkundannatu għal sitt xhur ħabs u multa ta’ €150, filwaqt li rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs biex jagħtih l-għajnuna għall-problema tal-alkoħol.