Joseph Piscopo ta’ 36 sena li jgħix il-Furjana ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li kkaġuna l-mewt ta’ anzjan hekk kif tajru wara li dan qasam fi Triq ix-Xatt il-Pietà.
Il-każ ġara għal ħabta tas-6pm nhar il-21 ta’ Awwissu ta’ tliet snin ilu meta l-anzjan mill-Pietà, Salvatore Attard, qasam it-triq u Piscopo kien qed isuq karozza tal-għamla BMW.
Fil-Qorti l-Maġistrat Doreen Clarke sabet lill-imputat ħati b’sewqan perikoluż u b’negliġenza.
Il-Maġistrat ordnat ukoll l-iskwalifika tal-liċenzja tas-sewqan ta’ Piscopo għal ħames snin.
Huwa ġie immultat ftit aktar minn €2000.