Sudaniż ta’ 25 sena ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li ffalsifika jew għamel xi tibdil f’passaporti.
Huwa kien akkużat ukoll li għamel użu minn dokumenti foloz.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u minkejja li għandu fedina penali nadifa, ġie kkundannat sentenza effettiva ta’ sitt xhur priġunerija.