Żewġt irġiel baqgħu jinżammu taħt arrest, wara li ammettew li ppruvaw jagħmlu użu minn dokumenti foloz.
Fil-Qorti d-difiża sostniet li l-imputati ġejjin minn post disprat, hekk kif dawn ħarbu minn pajjiżhom u spiċċaw vittmi ta’ kriminali f’pajjiżna li jabbużaw mis-sitwazzjoni disprata tagħhom għall-flus.
Huma ingħataw sentenza ta’ sitt xhur priġunerija effettivi.