Ubrahim Ahmed Somalu ta’ 19-il sena ġie kkundannat 6 xhur ħabs wara li wieġeb ħati li uża passaport falz biex isiefer lejn Brussell minn Malta.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri s-Sibt filgħod ntqal kif l-akkużat, li huwa residenti fiċ-Ċentru miftuħ tal-immigranti f’Ħal Far, inqabad u ġie arrestat fil-jum tal-Ġimgħa.
Għal dan, l-Avukat Difensur tal-għajnuna legali Martin Fenech talab biex l-akkużat jingħata sentenza sospiża, hekk kif filwaqt li l-akkużat ilu aktar minn sena jgħix Malta, huwa kkopera mal-Pulizija.
Din it-talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters.