Eġizzjan ta’ 30 sena residenti San Ġiljan ingħata sentenza ta’ 6 xhur ħabs priġunerija wara li ammetta li għamel użu minn dokument falz.
Fil-Qorti s-Sibt filgħodu ħareġ kif fit-tnax ta’ Marzu l-Eġizzjan pprova jsiefer lejn il-Ġermanja b’dan id-dokument li xtrah b’valur ta’ ħames mitt ewro.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, il-Prosekuzzjoni mexxija mill-Ispettur Hubert Gerada qalet kif l-imputat ma kkoperax bis-sħiħ mal-Pulizija.