Żewġt irġiel ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs fl-ewwel każ ta’ traffikar ta’ annimali eżotiċi li ddaħħlu fil-Kosta tal-Ivorju.
Avukat qal li din is-sentenza qed tibgħat messaġġ lil dawk kollha li jitraffikaw l-annimali li dawk il-każijiet qed jittieħdu b’serjetà kbira.
Iż-żewġt irġiel ġew arrestati waqt li kienu qed jippruvaw ibiegħu ximpanżi żgħira lill-rappreżentant tal-BBC, li kien qed jippoża bħala negozjant sinjur mill-Asja.
Ix-ximpanziji huma mniżżla bħala speċi li tinsab fil-periklu li tiġi estinta.