Żewġ Sudaniżi ta’ 17 u 23 sena wieġbu ħatja li nhar l-għaxra ta’ Ottubru ppruvaw jittantaw xortihom u staħbew taħt kontejners tal-merkanzija bil-għan li jaħarbu lejn l-Italja.
Wieħed mill-akkużati kien mixli wkoll li fis-sitta ta’ Settembru ħarab mil-Lyster Barracks.
Il-Maġistrat Ian Farrugia kkundannahom għal sitt xhur priġunerija.