Firas Ale ta’ 16-il sena, Muhamed Teqer ta’ 17-il sena u Muhamed Ahmed Shpat ta’ 23 sena tressqu l-Qorti b’akkużi relatati mal-falsifikazzjoni u l-użu ta’ dokumenti foloz.
It-tliet Sirjani wieġbu ħatja ta’ żewġ akkużi minnhom u ċaħdu l-ewwel akkuża.
Id-difiża għamlet talba għal divjett fuq isem tnejn mill-akkużati minħabba li huma minuri iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba minħabba li m’hemmx terzi persuni vittmi fir-reat.
Il-prosekuzzjoni talbet li jkun hemm priġunerija minima għaliex huma kkollaboraw tul l-investigazzjoni. Id-difiża qalet li minħabba li huma minuri, priġunerija f’dan il-każ ma tkunx ideali.
Il-Qorti sabithom ħatja tal-akkużi kollha miġjuba kontrihom u kkundannathom għal sitt xhur priġunerija kull wieħed.