Ramone Watra ta’ 18 -il sena mill-Kosta tal-Avorju weħel 6 xhur ħabs wara li nstab ħati li ffalsifika passaport u xi dokumenti oħra għall-użu personali tiegħu.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
L-imputat tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli mill-Ispettur Christian Abela.