Mill-bidu tal-2012 kien hem 342 persuna li ngħataw sentenza ta’ ħabs għaliex ma ħallsux il-manteniment lill-parti l-oħra tal-koppja skont kif miftiehem f’kuntratti ta’ separazzjoni jew arranġamenti oħra.
Mistoqsi dwar dan fil-Parlament il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici, qal li -għadd ta’ nies li tressqu l-Qorti kien ta’ 3,075.
Għad-domanda tad-deputat Etienne Grech, intqal li s-sentenzi tal-ħabs kienu jvarjaw minn ġimgħa għal tliet ġimgħat. Kien hemm każ fejn persuna nstabet ħatja aktar minn darba u weħlet sitt xhur ħabs.