Ir-raġel ta’ 46 sena mil-Latvja li lbieraħ prova jdaħħal f’pajjiżna 24,000 sigarett tal-kuntrabandu ġie kkundannat sitt xhur ħabs u multa ta’ €13,082.
Huwa għadda miż-żona tal-ajruport Internazzjonali ta’ Malta li hija riservata għal dawk il-passiġġieri li ma jkollhomx x’jiddikjaraw mal-wasla tiegħu minn Istanbul. Kien fil-proċess li l-oġġetti tiegħu ġew analizzati permezz ta’ magna XRAY li dawn il-kaxxi tas-sigaretti nstabu.
Fuq is-sigaretti li nqabdu fil-bagalja kienet se ssir evażjoni ta’ €5,270 f’taxxa.
Il-Pulizija ta’ kontra reati ekonomiċi investigat dan il-każ wara li ġiet imsejħa mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi.