Tlett irġiel mill-Eritrea li għandhom 22, 23 u 24 sena li ppruvaw jsiefru lejn l-Italja b’passaporti foloz weħlu sitt xhur priġunerija.
Huma ġew arrestati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-11 ta’ April meta kienu ħa jaqbdu titjira lejn Bologna.
L-irġiel wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom fosthom li għamlu dikjarazzjoni falza lill-Awtorità tal-Immigrazzjoni.
Għaldaqstant il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannat lill-irġiet sitt xhur ħabs.