Raġel ta’ 23 sena mis-Sudan li joqgħod il-Munxar ittella’ l-Qorti t’Għawdex.
Is-Sudaniż inqabad fil-pusses tal-pjanta u raża tal-pjanta kannabis f’ċirkustanza li turi li din is-sustanza ma kienitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh u hu ġie kkundannat għal sitt xhur ħabs u ġie mmultat €465.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Anthony Scerri.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini.