It-tisħiħ li sar riċentament fin-numru ta’ Station Officers fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, wassal biex il-ħames stazzjonijiet tat-tifi tan-nar f’Malta u l-istazzjon f’Għawdex, illum mhux biss għandhom żewġ uffiċjali minflok wieħed,iżda matul il-lejl se jkun hemm erba’ Station Officers tal-Għassa.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtá Nazzjonali, Carmelo Abela, waqt l-għoti taċ-ċertifikati lil seba’ Station Officers li ngħataw taħriġ marbut ma’ din il-kariga.
Fil-jiem li ġejjin l-istazzjonijiet ta’ Ħal Far/USAR, Kordin/Floriana, Xemxija, u dak f’Għawdex, se jkollhom station officer tal-għassa magħruf ukoll bħala dak stand-by officer assenjat ma’ kull wieħed minn dawn l-istazzjonijiet matul il-lejl.
Ma’ dawn se jkun hemm ukoll station officer mal-Marine/Hazmat u fil-Control Room f’Ta’ Kandja. Dan fejn s’issa kien ikun hemm uffiċċjal wieħed biss tal-Għassa li kellu jlaħħaq ma’ Malta kollha.
Il-Ministru Abela tkellem fuq l-impenn biex ikompli jissaħħaħ il-middle management f’kull stazzjon ta’ dan id-Dipartiment. Qal li grazzi għal din is-sistema li se tibda tintuża, fejn ikun hemm il-ħtieġa tal-preżenza ta’ Station Officer matul il-ħinijiet ta’ bejn it-20.30 u 07.00 dan se jkun possibli li jasal fuq il-post f’inqas ħin u s-servizz mogħti liċ-ċittadin ikompli jitjib.
Żied jgħid ukoll liż-żieda fin-numru ta’ stations officers tat lok sabiex il-ħinijiet tal-istation officers jiġu estiżi mis-0700 sat-20.30 minflok sat-1500, li qed jgħin sabiex it-tmexxija ta’ kull stazzjon tkompli titjib.
Il-Ministru semma’ l-importanza li qed tingħata lit-trawwim fil-ħiliet tal-membri tal-protezzjoni ċivili. Irrimarka kif għal kuntrast ta’ dak li kien isir qabel, fejn station officer ġdid kien ikollu jitgħallem permezz tal-esperjenza fl-irwol fuq il-post tax-xogħol, din kienet l-ewwel darba li station officers ingħataw taħriġ imfassal apposta skont il-ħtiġijiet tagħhom.
Imfassal fuq perjodu ta’ erba’ ġimgħat dan sar bil-għan li jippreparahom aħjar għal dak li hu mistenni minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom kemm fl-aspett prattiku u kemm f’dak maniġerjali. Innota kif matul il-kors kellhom jagħmlu żjarat fl-istazzjonijiet kollha, jistudjaw il-liġi tal-Protezzjoni Ċivili, jerġgħu jippratikaw ir-rope access, fire behaviour, kif jivvettjaw applikazzjonijiet tal-MEPA, kif jagħmlu assessjar tar-riskji fuq il-postijiet, kif taħdem is-sistema tal-ICT u fuq ħiliet fit-tmexxija.
Il-Ministru Abela semma’ wkoll li dan kien l-ewwel kors fejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għamel użu mill-bini tal-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati f’Ta’ Kandja li serva bħala kors pilota għall-istess entitá biex tevalwa l-oqsma li tixtieq tibni fuqhom. Huwa irrimarka li diġá bdew id-diskussjonijiet bejn l-entitá u l-Akkademja biex ’il quddiem isiru korsijiet akkreditati lil diversi sezzjonijiet.
Il-Ministru Abela irringrazzja lill-Uffiċjali tad-Dipartiment tal-