L-atleta Oscar Pistorius intbagħat sitt snin ħabs wara li nstab ħati li qatel lit-tfalja tiegħu fl-2013. Is-sentenza ingħatat ftit tal-ħin ilu u minnufiħ Oscar Pistorius sab ruħu f’ċella.
Pistorius ta’ 29 sena spara erbgħa darbiet lit-tfajla meta din kienet fil-kamra tal-banju. Filwaqt li ammetta li spara, qal li l-azzjoni għamilha għax ħaseb li kien daħal xi ħalliel. Liebes kollox iswed sewda, Pistorius sema’ dak li kellha tgħid il-Magistrat b’rasu baxxuta l-ħin kollu.
L-għarusa Reeva Steenkamp