Anthony Agius Decelis Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Dizabilità u Anzjanità Attiva ġie ppreżentat b’sitt skulturi moderni mill-artist magħruf Malti Philippe Agius. Dawn l-iskulturi jirrapreżżentaw sitt siti storiċi differenti f’Malta u bil-forom tagħhom jistgħu jinqraw permezz li wieħed jmisshom b’idejh minn persuni neqsin mid-dawl.
Anthony Agius Decelis irringrazzja lill-Philippe Agius ta’ dawn l-opri sbieħ u interessanti u offra li jagħmilhom fl-uffiċini tas-segretarjat tiegħu sabiex jkunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku. Min-naħa l-oħra l-artist Philippe Agius spjega lis-Segretarju Parlamentari kif wasal jagħmel l-iskulturi li kien qiegħed jippreżżentalu u fehmu kif kull skultura saret bl-idejn.
L-Artist internazzjonali Philippe Agius huwa magħruf aktar barra minn pajjizna fejn għamel diversi xogħolijiet li llum nsibuhom fil-Vatikan, banek, djar privati u anke istituzzjonijiet f’Malta u barra minn Malta. Philippe Agius jispeċċjalizza fl-arti sagra li jpinġi u anke pittura impressjonista moderna