Ġew preżentati sitt siti biex ikunu kkunsidrati skont l-Att dwar id-Dominju Pubbliku.
Dawn ġew ippreżentati lill-Minsitru Jose Herrera minn rappreżentanti ta’ Flimkien għall-Ambjent Aħjar.
Is-siti huma: Manoel Island, Wied Garnaw, Ħondoq il-Qala, Kalanka, tliet siti differeti f’Ta’ Xbiex, Ta’ Ċenċ u bajjiet, fosthom dik ta’ San Ġorġ.
L-Att jippermetti li ċertu żoni jiġu ddikjarati Dominju Pubbliku. B’dan il-mod, zoni ta’ importanza ekoloġika u patrimonjali jingħataw protezzjoni addizzjonali, tant illi biex jitneħħew minn tali protezzjoni jkun hemm bżonn risoluzzjoni mill-Parlament.
F’diskors qasir tal-okkażjoni, Dr Herrera faħħar din l-inizjattiva u awgura biex aktar inizjattivi ta’ dan it-tip jibqaw jitieħdu, ħalli b’hekk inkomplu nagħtu prijorità lill-ambjent.
Spjega wkoll li issa dawn l-applikazzjonijiet se jiġu pproċessati mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ikun evalwat jekk is-siti indikati għandhomx jiġu kkunsidrati mill-Parlament jew le.