Sitt sewwieqa maltin tal-kwart ta’ mil se jikkompetu f’ Santa Pod l-Ingilterra bejn is-17 u d-19 ta Mejju. Is-sewwieqa huma Paul Fenech, Paul Pace Hoartius Caruana, Jurgen Caruana, Clint Fenech u Ruth Muscat. Ruth Muscat se tkun l-ewwel sewwieqa femminili maltija li ser issuq fil-kwart ta’ mil barra minn pajjiżna.
L-avveniment huwa wieħed popolari mad-dilettanti tal-kwart ta’ mil mad-dinja kollha, jismu Doorslammers u ta’ kull sena isir fit-trakka ta’ Santa Pod fl-Ingilterra, avveniment li jkun mqassam f’diversi klassijiet differenti b’partecipanti mid dinja kollha.
L-avventura ta Ruth Muscat bdiet b’Toyota Celica fl-2020 u minn dakinhar rebħet diversi klassijiet. Minn meta kienet żgħira Muscat kienet esposta għal dan l-isport peress li missiera Charles Galea jsuq fil-kwart ta mil ukoll, biss għalkemm fil-bidu qatt ma ħolmot li xi darba jkollha il-karozza tat-tlielaq tagħha, ġieli saqet bil-karozza tat-triq, għalkemm ma kenitx il-karozza idejali. Ma damitx ma sabet Toyota Celica oħra din id-darba aktar idejali għax b’gearbox manwali. Dan kien fi Frar 2020, żmien il-pandemija tal-Covid 19. Minn hemm bdiet storja ġdida.
Fil-bidu, kemm Ruth, kif ukoll ir-raġel tagħha Marius għamlu ħinijiet tajbin ħafna, fost l aħjar ħinijiet fid dinja b’magna u body standar. Il-ħin ta Marius kien ta 11.2 u ta Ruth ta 11.3 sekondi, ħin li issa Ruth niżlet 10.6 sekondi.
Li Ruth rnexxiela jkolla race car tagħha ġa kienet xi ħaġa kbira, issa li ser issuq l-istess karozza f’avveniemt internazzjonali hija xi ħaġa tassew kbira. Muscat kemm il-darba marret Santa Pod tara avvenimenti imma qatt ma basret li ser titla’ ssuq bil-karozza tagħha.
Ruth irringrazzjat lir-raġel tagħha Marius, lill-missiera Charles, ħutha Aaron u Kevin, u omma Doris li fost l-oħrajn tieħu ħsieb t-tarbija ta Ruth, u lill-Mark Farrugia li apparti li huwa mechanic u tuner huwa ħabib kbir tal-familja.