It-Tnejn f’Sarajevo, l-Bosnja-Ħerżegovina, beda l-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker fejn il-players Maltin kellhom bidu tajjeb fejn minn tmien logħbiet rebħu sitta.
Ic-champion Malti, Aaron Busuttil u viċi champion lokali, Brian Cini t-tnejn kisbu rebħiet konvinċenti ta’ 3-0 kontra l-Bulgaru, Viktor Ivanov u l-Albaniż, Markeliano Dibra rispettivament. L-istess suċċess kellu wkoll Chris Peplow, fejn bi skor ta’ 3-0 kontra Roudik Baghdasarian tal-Armenja ftit kellu jitħabat biex rebaħ il-konfront tiegħu.
Alex Borg u ibnu Isaac Borg rebħu wkoll bi skor identiku ta’ 3-2. Alex Borg ma’ tantx kellu bidu tajjeb kontra Melih Egemen tant li kien it-Tork li mar żewġ frames vantaġġ iżda l-veteran Malti rrnexxielu jdawwar ir-riżultat u jirbaħ it-tliet frames l-oħra. Ibnu Isaac kien żewġ frames minn fuq iżda l-Isvediż, Chi Voong daħal sew fil-logħba u daħħal dan il-konfront għal frame deċiżiv fejn il-Malti reġa ħa l-vantaġġ biex għalaq il-partita favuriħ.
L-aħħar rebħa fl-ewwel jum kienet ta’ Arthur Cachia li rebaħ, 3-1 kontra Igor Antić wieħed mill-ħmistax il-player tal-lokal, il-Bosnja-Ħerzegovina.
Matul dan l-ewwel jum tal-kampjonat l-uniku players li tilfu kienu Joseph Casha u Philip Ciantar. Casha rebaħ l-ewwel frame iżda l-avversarju tiegħu, l-Franċiż, Fabian Monnin rebaħ tlett frames konsekuttivi biex għalaq il-konfront bil-punteġġ ta’ 3-1. Ciantar tilef l-ewwel frame u wara li ġie 2-1 minn fuq deher li seta’ jirbaħ il-logħba iżda Jan Laushman tal-Bulgarija dawwar il-logħba favur tiegħu u rebaħ l-aħħar żewġ frames għal punteġġ finali ta’ 3-2.
It-Tlieta, għal darb’ oħra, kull player irid jilgħab logħba li tista tibda tagħti ndikazzjoni min ser jkunu dawk li jikkwalifaw għal fażi tan-knock out.
Fixtures tat-tieni ġurnata tal-Kampjonat huma dawn:
10:00 Chris Peplow – Ross Bulman – Irlanda
10:00 Alex Borg – Martin Orinak – Slovakja
12:00 Joseph Casha – Benjamin Tokača – Bosnja Ħerzegovina
12:00 Brian Cini – Aaron Graham – Skozja
16:00 Aaron Busuttil – Mario Amza – Rumanija
16:00 Isaac Borg – Marko Grbovic – Serbja
16:00 Arthur Cachia – Benny O’Brien – Irlanda
16:00 Philip Ciantar – Ilia Chisleacov – Moldovja