L-Awtoritajiet Iżraeljani għaddejjin bi tfittxija għal sitt Palestinjani li ħarbu minn wieħed mill-aktar ħabsijiet siguri fil-pajjiż.
Huwa maħsub li l-irġiel għamlu xhur iħaffru mina taħt iċ-ċella tagħhom li twassalhom għal triq barra l-ħitan tal-ħabs.
Uffiċjali tal-ħabs ġew infurmati minn bdiewa li nnutaw lill-irġiel jiġru mill-għelieqi.
Dan l-att qed jiġi deskritt bħala falliment kbir ta’ sigurtà u intelliġenza filwaqt li gruppi militanti Palestinjani qalu li huwa att erojku.
Il-ħaddiema fi ħdan il-ħabs ħejjew proċedura biex jgħoddu l-priġunieri u minn hawn indunaw li kien hemm sitta nieqsa.