Sitt persuni mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum b’rabta ma’ tliet serqiet differenti.
Huma se jkunu qed jitressqu llum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia.
Fosthom se jitressqu tliet persuni b’akkużi relatati b’rabta ma’ serqa f’San Ġiljan.
Persuna oħra ser titressaq b’akkużi relatati ma’ serqa f’Ħal Qormi u attentat ta’ serqa f’San Ġwann filwaqt li żewġ persuni oħra ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ serq minn ħanut, fost oħrajn.