F’Sydney l-Awstralja, il-Pulizija qatlet raġel, li qatel b’daqqiet ta’ sikkina minn tal-inqas sitt persuni u darab oħrajn fi stabbiliment tal-ħwienet.
Rapporti fil-midja Awstraljana qalu li l-aggressur kien liebes shorts u flokk sportiv u kellu sikkina f’idejh. Intqal kif l-aggressur attakka disa’ persuni, fosthom tarbija.
Fil-ħin tal-attakk kien hemm kommossjoni sħiħa, u fuq post marru bosta Pulizija u tim mediku.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese sostna kif il-poplu hu xxokkjat b’dak li ġara.
Huwa spjega kif l-aggressur kien waħdu u l-motiv għaliex wettaq dan l-attakk għadu mhux magħruf.
Albanese ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi u qal li kull ċittadin Awstraljan huwa magħhom f’dan il-mument diffiċli.