Sitt persuni ġew immultati ftit inqas minn tnax-il elf ewro wara li nstabu ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex talli saqu taħt l-effett tal-alkoħol.
Persuna minnhom instab ħati wkoll li ma kellux polza tal-assigurazzjoni u li kellu liċenzja tat-traffiku sospiża għal sena.
Dawn il-persuni ttellgħu l-qorti wara li twettqu rondi mill-pulizija tat-traffiku t’Għawdex.
Filfatt, numru ta’ persuni oħra se jkunu akkużati fit-Tribunal dwar kontravenzjonijiet varji.