Sitt persuni, li fosthom hemm tlett itfal, indarbu wara li vettura saqet għal fuq folla ta’ persuni li kienu barra ċentru tal-isport f’Newcastle.
L-inċident seħħ barra Westgate Sports Centre fejn kienet qed issir ċelebrazzjoni għat-tmiem ir-Ramadan.
Żewġt itfal jinsabu fil-kura intensiva u persuna minn sitta ġiet meqjusa bħala midruba b’mod gravi.
Il-Pulizija ta’ Northumbria qalu li dan l-inċident mhux qed jitqies bħala wieħed relatat ma’ attakk terroristiku. Mara ta’ 42 sena ġiet arrestata u miżmuma mill-Pulizija wara l-inċident.