Sitt persuni ndarbu wara li fi Stratford f’Londra ġie rrapportat attakk bl-aċtu.
Il-Pulizija ssejħu fuq il-post fiċ-Ċentru ta’ Stratford ftit qabel id-21 tal-bieraħ filgħaxija, wara argument li seħħ bejn żewġ gruppi ta’ rġiel fejn intużat tip ta’ kimika.
Fuq il-post issejħu għadd ta’ ambulanzi sabiex jassistu sitt irġiel li ndarbu, fejn tlieta minnhom ittieħdu l-isptar.
B’rabta ma’ dan il-każ ġie arrestat ġuvni ta’ 15-il sena.