Sitt persuni mietu, u tnax oħra weġġgħu serjament f’diskoteka fil-provinċja ta’ Ancona fl-Italja.Mill-ewwel informazzjoni miksuba, jidher li possibbilment xi ħadd uża xi tip ta’ pepper spray f’din id-diskoteka li fih kien hemm mal-elf persuna.
Spray li wassal għal paniku, fejn dawk kollha fid-diskoteka pruvaw jiġru ’l barra fl-istess waqt.
Paniku li jidher li wassal biex sitt persuni mietu mgħaffġa mill-folla.