Sitt persuni sfaw vittma ta’ inċident bejn numru ta’ vetturi f’Birmingham. Is-seba’ persuna kienet midruba serjament fl-inċident li seħħ f’Belgrave Middleway qrib Edgbaston.
B’kollox, kienu involuti sitt vetturi bl-ewwel vettura kien fiha raġel u mara li rnexxielhom joħorġu mill-karozza u sofrew biss ġrieħi ħfief.