Sitt persuni sfaw maqtula fil-Lvant Nofsani , hekk kif it-tensjoni bejn l-Israeliti u l-Palestinjani kompliet tiżdied.
F’Halamish tliet Israeliti nqatlu b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kienu reqdin, wara li Palestinjan daħal f’darhom matul il-lejl.
Dan wara li iktar kmieni f’Ġerusalem kienu għaddejin protesti kontra l-miżuri ta’ sigurta’ li ll-Israeliti qed jistabilixxu fil-kumpless ta’ Haram al-Sharif, liema protesti spiċċaw b’mod vjolenti tant li spiċċaw maqtula tliet Palestinjani. L-ewwel tnejn mietu f’inċidenti separati fil-Lvant ta’ Ġerusalemm, waqt li t-tielet persuna nqatlet iktar tard f’Ramallah.
Is-sit li dwaru qed isiru dawn il-protesti hu kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar siti reliġjużi, kemm għall-Musulmani, kif ukoll għal-Lhud.