Sitt persuni nqatlu u sittax oħra ndarbu wara ħabta bejn żewġ ferroviji fuq pont fid-Danimarka. Fuq il-pont li jgħaqqad il-gżira Funen mal-gżira Zealand, ferrovija tal-merkanzija ħabtet ma’ ferrovija tal-passiġġieri.
Huwa mifhum li l-ferrovija tal-merkanzija kienet qed iġġorr il-birra, u għal xi raġuni, possibBilment minħabba l-maltemp, ħarġet minn fuq il-binarji tal-ferrovija.
Ħaddiema tas-salvataġġ kienu f’ġirja kontra l-ħin biex isalvaw mal-mitt persuna li nqabdu fit-tifrik tal-ferroviji.
Il-Prim Ministru Daniż qal li dan l-inċident ħasad lil kulħadd hekk kif numru ta’ Daniżi kienu sejrin lejn il-post tax-xogħol tagħhom. Il-ferrovija bil-passiġġieri telqet minn Odense u kienet fi triqitha lejn kapitali, Kopenhagen.