Raġel armat qatel sitt persuni f’università fir-Russja t-Tnejn filgħodu.
L-aggressur daħal fil-kampus u qabad jispara.
Għoxrin persuna oħra ndarbu waqt dan l-attakk.
Uħud mill-istudenti u għalliema issakkru fil-kampus filwaqt li oħrajn deheru jaqbżu mit-twieqi biex jaħarbu mill-aggressur.
Il-pulizija qalet li feriet lill-aggressur li bħalissa jinsab fil-kustodja tagħhom.
Huwa mifhum li hu student li jattendi fl-istess università.