Clyde u Mario Mallia, Massimo Fasanelli, Chanelle Spiteri, Christine u Xasnolley Schembri tressqu l-Qorti mixlija b’rikatt li laħħaq it-tlieta u tletin elf ewro b’rabta ma’ prostituzzjoni.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputat kien jikseb servizz ta’ prostituzzjoni mingħand Spiteri, iżda darba minnhom, madwar sentejn ilu mar u minflok sab lill-aħwa Mallia. B’dawn tal-aħħar ħebbew għalih filwaqt li talbuh erbatax-il elf ewro.
Għalkemm it-theddid allegatament kien waqaf f’Mejju li għadda reġa’ kompla mill-aħwa Mallia u Fasanelli, li heddewh li kienu se jippubblikaw xi filmati tiegħu jekk ma jħallashomx bejn elf u elfejn kull darba.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-investigazzjonijiet ikkonfermaw dawn il-ħlasijiet hekk kif ġew ippreżentati transazzjonijiet fuq Revolut, li wasslu biex l-akkużati ġew arrestti fit-tnejn ta’ Lulju.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadia Helena Vella ħarġet ordni ta’ ffriżar fil-konfront tal-imputati kollha għas-somma totali u ordnijiet ta’ protezzjoni fuq il-vittma u l-familjari tiegħu.
Għalkemm intlaqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fil-konfront ta’ Chanelle Spiteri taħt diversi kundizzjonijiet, żammet lill-imputati l-oħra taħt arrest.