Sitt persuni tilfu ħajjithom fil-Kolombja meta dgħajsa tal-passiġġieri għerqet fix-xmara ta riżerva naturali fil-Majjistral tal-pajjiż.
Minn tal-inqas mija tlieta u tletin persuna ġew salvati iżda sa issa għad fadal sittax li għadhom ma nstabux.
B’kollox kien hemm mija u sebgħin persuna abbord.
Xhieda fuq il-post qalu li d-dgħajsa għerqet f’inqas minn ħames minuti.
Minkejja li għadha ma ngħatatx informazzjoni x’setgħet kienet il-kawża, membru mid-dipartiment tat-tifi tan-nar li mar għall-ewwel għajnuna qal li għadu mhuwiex ċert kinitx ħsara fil-magna, l-ammont ta’ nies li kien hemm fuq id-dgħajsa jew il-kurrenti tal-baħar li kkaġunaw it-traġedja.