Sitt persuni weħlu multa ta’ €3000 kull wieħed wara li kisru l-kwarantina. Dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa saru 417 spezzjoni madwar Malta u Għawdex.
Dawn l-ispezzjonijiet saru mill-pulizija flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili.
Mindu bdew isiru l-ispezzjonijiet s’issa l-awtoritajiet ħarġu 49 multa għal ksur tal-kwarantina mandatorja.
Il-multa ta’ dawk li jiskru l-kwarantina obligatorja hija ta’ €3000 għal kull persuna.