- Din is-sena s’issa ġew irrappurtati 416-il persuna nieqsa. Sitta minnhom għadhom ma nstabux.
Il-Pulizija kkonfermat li bejn Jannar u l-24 ta’ Lulju ta’ din is-sena rċeviet 416-il rapport ta’ persuni neqsin, b’405 minnhom jinstabu u ħamsa oħra jinstabu mejtin.
Ħamsa mis-sitt persuni li għadhom irrappurati nieqsa huma ta’ nazzjonalità barranija. Fosthom insibu lil Thomas Michael Stewart, raġel ta’ 59 sena li ilu rrappurtat nieqes mill-20 ta’ Mejju. Intelmaħ l-aħħar f’Ħ’Attard.
Bintu tar-rispett, Michelle Burgess, kienet kitbet fuq is-sit soċjali tagħha li Steward huwu dijabetiku u m’għandux mediċina fuqu. Hija qalet li l-familja tinsab f’kuntatt mal-Kummissjoni Għolja Ingliża u l-Pulizija.