Sitt persuni ġew attakkati b’sikkina minn raġel fl-istazzjoni tal-ferrovija ta’ Gare du Nord f’Pariġi kmieni dalgħodu. Waħda mill-vittmi ġarbet ġrieħi gravi f’dan l-attakk.
Pulizija li kien off-duty, spara fuq l-aggressur diversi drabi biex iwaqqfu milli jkompli bl-attakk tiegħu, li s’issa għadu mhux magħruf x’kien il-motiv warajh.
Bħalissa hemm preżenza akbar ta’ pulizija Franċiża fiż-żona tal-istazzjon, li huwa wieħed mill-aktar li jara movument ta’ nies fl-Ewropa; fil-fatt Gare du Nord huwa ħolqa ewlenija bejn Pariġi, Londra u t-Tramuntanta tal-Ewropa.
L-aggressur ġarrab ġrieħi serji u ttieħed l-isptar.
Ritratt: REUTERS/Benoit Tessier