Skont statistika li ġiet ippublikata llum, Juventus esperjenzaw żieda fis-segwaċi u l-partitarji fuq il-midja soċjali. Jidher li 6,000,000 persuna issa qed isegwu lit-tim wara li dawn akkwistaw lil Cristiano Ronaldo.It-trasferiment ta’ Ronaldo maċ-ċampjins Taljani fisser ukoll li miljun persuna ma baqawx isegwu lil Real Madrid fuq Twitter. Il-Madrileni tilfu miljun persuna f’24 siegħa biss.
Dan juri biċ-ċar li l-ammiraturi huma tal-plejer, u mhux tal-klabb li jkun qed jilgħab miegħu