Fl-aħħar sigħat, feġġew sitt każijiet minn fost 2,717-il test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 52 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 990,874 test.
Ingħataw ukoll 675,014-il doża tal-vaċċin.
Minnhom, 360,364 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 328,960 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.