Sitt itfal tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu wara li xarabank tal-iskola li kienet qed iġġorr ħamsa u tletin tifel u tifla baqgħet dieħla f’siġra f’inċident f’Tennessee.
It-tfal fix-xarabank kellhom bejn ħames u għaxar snin, u kienu fi triqthom lura d-dar mill-iskola.
Ħamsa minnhom mietu fuq il-post, filwaqt li wieħed mill-għoxrin li ddaħħlu l-iSptar wara l-inċndet miet ftit ħin wara.
L-awtoritajiet qalu li tlett’itfal jinsabu f’qagħda kritika u għalhekk hemm iċ-ċans li n-numru ta’ tfal mejta jiżdied.
Il-Pulizija qed tissuspetta li kien is-sewqan perikoluż u b’veloċità eċċessiva li wassal għall-inċident, u sakemm dan jiġi stabbilit uffiċjalment, ix-xufier tax-xarabank qed jinżamm arrestat.