L-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-għajnuna tal-membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), dalgħodu wettqu rejd ġewwa bar f’Bormla.
Ġewwa l-imsemmi bar, instabu diversi qratas tal-plastik, uħud minnhom bi trab abjad, flimkien ma’ mwieżen eletroniċi u sustanzi suspettati droga kannabis u ecstasy lesti sabiex jiġu ttraffikati.
Sitt irġiel, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 20 u 57 sena ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-persuni arrestati ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jassistu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.