Minn tal-inqas 40 persuna tilfu ħajjithom u mijiet għadhom meqjusa neqsin dan hekk kif issa Kalifornja jinsabu bis-sitt jum ta’ nirien kbar li qerdu eluf ta’ residenzi.
Il-gvernatur ta’ Kalifornja qal li din qed titqies bħala waħda mill-akbar traġedji li qatt affaċċjaw.
Aktar minn 10,000 pumpier bħalissa għaddejin b’operazzjoni biex jikkontrollaw sittax-il żoni li nħakmu minn nirien kbar.
Aktar persuni kellhom jevakwaw djarhom hekk kif il-qawwa tar-riħ żdied għal 45 mil kull siegħa bin-nirien jimxu lejn żoni ġodda.