Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġewwa vann f’Dover.
Dawn il-griewi għandhom madwar 11-il ġimgħa u nstabu f’kundizzjoni severa.
Il-fondazzjoni Ingliża Dogs Trust Charity qalet li dawn il-ġriewi ġew impurtati illegalment mir-Rumanija.
Vjaġġ li possibilment ħa aktar minn 24 siegħa minkejja r-restrizzjonijiet tal-lockdown fir-Renju Unit fejn jidħol vjaġġar mhux essenzjali.
Kelliema għall-Fondazzjoni wissiet lin-nies rigward ir-riskji meta wieħed jixtri klieb minn riklami online.
Sostniet li huwa ta’ qsim il-qalb meta jaraw klieb jispiċċaw vittma ta’ dan, sabiex jagħmlu profit minn fuqhom.