Il-pulizija f’Hong Kong arrestaw sitt ħaddiema minn kamra tal-aħbarijiet għaliex skontha kien hemm komplott biex jiġu ppubblikati artikli li jħeġġu ribelljoni kontra l-Gvern.
Huwa mifhum li f’dan il-każ fil-mira kien hemm ħaddiema tal-aġenzija Stand News kif ukoll eks ħaddiema.
Aktar minn 200 uffiċjal tal-pulizija ntbagħtu jwettqu rejd fl-uffiċini tal-aġenzija tal-aħbarijiet u tfittxijiet għadhom għaddejjin.
Fi stqarrija l-pulizija ta’ Hong Kong qalu li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex ifittxu u jieħdu materjal ġurnalistiku rilevanti għall-operazzjoni tagħhom.
L-editur flimkien mal-eks editur tal-aġenzija tal-aħbarijiet kienu fost dawk li ġew arrestati.