Sitt għaqdiet non-governattivi se jibbenifikaw minn donazzjonijiet sabiex jgħinuhom fl-assistenza tagħhom f’kordinazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia li fisser l-importanza kruċjali tal-għajnuna li joffru dawn l-ghaqdiet. Ħamsa minn dawn is-sitt għaqdiet ibbenefikaw għall-ewwel darba din is-sena.
Sitt għaqdiet jibbenefikaw minn donazzjonijiet biex jgħinu lill-Protezzjoni Ċivili:
- Red Cross – €15.000
- Emergency Fire and Rescue Unit – €2,500
- St. John Rescue Core 2,500 ewro
- Emergency Response and Rescue Core – €2,500
- St.John Ambulance – €1,500
- Malta Amature Radio League – €1,000
Tħabbar ukoll li s-sena d-dieħla, s-somma se tiżdied b’għaxart elef ewro oħra u b’hekk titla għal ħamsa u tletin elf ewro.