Sitt għaddasa għerqu wara li ppruvaw isalvaw żagħżugħ milli jegħreq il-Malażja.
Fil-ħin ta’ din it-traġedja, tifel ta’ 17-il sena waqa’ f’għadira perikoluża waqt li kien qed jistad ma’ sħabu. L-Awtoritajiet fil-pajjiż qed jgħidu li l-għaddasa nġarru mal-kurrent u b’hekk, tilfu ħajjithom.
Il-ġuvni għadu ma nstabx, u għadha għaddejja operazzjoni ta’ tfitxxija għalih.